L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni tistieden lill-istudenti li se jagħmlu l-eżami tal-Malti taċ-ĊES fl-2023 biex isegwu kors ta’ aġġornament dwar l-Ortografija tal-Malti. Dan il-kors huwa mmirat għal dawk l-istudenti u l-ġenituri tagħhom li jixtiequ jżommu ruħhom aġġornati
mar-regoli ortografiċi u grammatikali tal-Malti. Din is-sena l-kors ser jiġi offrut kemm b’mod virtwali fuq Microsoft Teams kif ukoll fis-sala taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu fi Triq Ġużè Abela Scolaro, ilĦamrun. L-applikanti jridu jagħżlu liema kors mit-tnejn imsemmija jixtiequ jagħmlu.
Il-kors se jingħata mis-Sur Karl Scicluna. Fih 9 sessjonijiet ta’ siegħa kull waħda u se jsir kull nhar ta’ Tnejn fl-3:45pm sal-4:45pm fuq Teams jew fil-5pm sas-6pm, fl-NCC il-Ħamrun fil-jiem li ġejjin:
| 14 ta’ Novembru 2022 21 ta’ Novembru 2022 28 ta’ Novembru 2022 5 ta’ Diċembru 2022 12 ta’ Diċembru 2022 |
19 ta’ Diċembru 2022 9 ta’ Jannar 2023 16 ta’ Jannar 2023 23 ta’ Jannar 2023 |
Il-kors huwa bla ħlas. Min jattendi l-laqgħat kollha jingħata ċertifikat ta’ attendenza mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Inħeġġu lill-istudenti li se jattendu l-kors jibagħtu d-diffikultajiet ortografiċi tagħhom waqt l-istudju tagħhom b’ittra elettronika lil diana.borg.3@ilearn.edu.mt Dawk kollha li jixtiequ jattendu dan il-kors għandhom jimlew il-formola li jsibu fil-ħolqa https://forms.office.com/r/ADWKRWe1h8 ta’ Google Forms. Tistgħu timlew il-formola sa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2022.
Min ikollu xi diffikultà, jistà jċempel 25983326.
The National Literacy Agency, within the Ministry for Education, invites students sitting for the Maltese SEC exam in 2023 to attend a short course in Maltese on Maltese spelling rules.
This course is aimed at those students and their parents/guardians who would like to keep up to date with Maltese spelling and grammar rules. The course will be held online via Microsoft Teams and at the National Curriculum Centre, Joseph Abela Scolaro Street, Ħamrun.
The course will be delivered by Mr Karl Scicluna and consists of 9 sessions lasting one hour each. It will be held every Monday from 3.45pm to 4.45pm online or 5pm to 6pm at NCC on the following dates:
| 14th November 2022 21st November 2022 28th November 2022 5th December 2022 12th December 2022 |
19th December 2022 9th January 2023 16th January 2023 23rd January 2023 |
The course is free. Students who attend all nine sessions will be given a certificate of attendance by the National Literacy Agency. We encourage students attending the course to send an e-mail to diana.borg.3@ilearn.edu.mt with any spelling difficulties they encounter during their studies.
Students who would like to attend this course have to fill in the application form using this Microsoft Forms link: https://forms.office.com/r/ADWKRWe1h8. Please fill in the form by no later than Friday 28th October 2022. Applicants have to indicate their preferred time slot for the 9 sessions.
For further information please call on 2598 3326
