School Regulations

Bil-Malti                                         In English

 

IR-REGOLAMENTI TAL-ISKOLA

Attendenza fl-iskola…   

  • L-iskola tibda fit-08:05
  • Sakemm ma jkunx hemm raġuni valida, ara li dejjem tkun fil-ħin, tal-inqas 10 minuti qabel dan il-ħin.
  • Nuqqas ta’ attendenza se titniżżel fir-rekord tiegħek.

 L-uniformi tal-Iskola…

  • Kunu ċerti li tiġu l-iskola puliti u lebsin bl-uniformi sħiħa skont l-istaġun. L-amministrazzjoni tal-iskola tinfurmak meta jkun wasal iż-żmien biex inbiddlu l-uniformi. Fil-każ tal-uniformi tax-xitwa, l-blazer irid jintlibes ta’ kuljum.
  • Mal-uniformi jintlibes biss żarbun iswed tal-iskola. Kalzetti griżi u suwed. Gym shoes iswed mhuwiex meqjus bħala żarbun tal-iskola.
  • Immarka kollox bl-isem u l-kunjom (kemm l-uniformi kif ukoll il-basket tal-iskola) permezz ta’ tag li teħel jew b’pinna għall-immarkar permanenti).
  • Kuljum għandek tara li xagħrek ikun pulit u nadif. Importanti li x-xagħar ikun kulur naturali biss.
  • Hoodies u oġġetti oħra li ma jagħmlux parti mill-uniformi mhux aċċettabbli.
  • Għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà piercing u msielet mhumiex aċċettabbli.
  • L-aċċessorji tax-xagħar għandhom ikunu ta’ lewn griż,  maroon jew iswed.
  • Make up mhux permess u d-dwiefer acrylic, gel jew nail polish mhumiex permessi.

Il-Kit tal-Isports…

  • Il-P.E. Kit  tintlibes biss fil-ġranet li jkollok il-lezzjoni tal-P.E. jew f’xi okkażjoni speċjali li titħabbar mill-Amministrazzjoni.
  • Meta jkollok il-lezzjoni tal-P.E. ejja bit-tracksuit mid-dar. Is-shorts (li għandu jkun tal-iskola biss) għandu jkun milbus mid-dar minn taħt il-qalziet tat-tracksuit. Dan jista’ jintuża biss waqt il-lezzjoni tal-P.E.
  • Iż-żarbun tal-P.E (il-gym shoes) għandu jkun ta’ lewn abjad jew iswed. Dan jista’ jintlibes biss fil-ġranet li jkollok il-lezzjoni tal-P.E. jew f’xi okkażjoni speċjali li titħabbar mill-Amministrazzjoni.

Timetable…

  •  Kull filgħaxija int għandek id-dmir li tara li fil-basket tal-iskola għandek il-kotba, il-pitazzi, fajls u l-affarijiet l-oħra kollha li tkun se tuża fil-lezzjonijiet tal-għada.
  • Kull filgħaxija għandek tipprepara l-uniformi jew it-tracksuit tal-iskola skont jekk l-għada jkollokx il-lezzjoni tal-P.E. jew le.
  • Kuljum għandu jkollok it-timetable fuqek, ħalli tkun tista’ tagħmel uża minnha skont il-bżonn.

 Rispett u Imġiba Tajba…

  •  Kull persuna għandha d-dritt li tkun trattata b’dinjità u rispett.
  • Fl-iskola huwa mistenni li nitkellmu b’rispett lejn kulħadd.
  • Lingwaġġ ħażin mhux permess fl-iskola jew fuq it-trasport tal-iskola.
  • Imġiba tajba hija mistennija kemm fl-iskola u kemm barra mill-iskola, inkluż fuq it-trasport tal-iskola.
  • Bħala skola għandna nirrispettaw u nittolleraw id-diversità.

Attivitajiet u Ħarġiet Edukattivi…

  • L-istudenti kollha huma mħeġġa li jipparteċipaw fl-attivitajiet li jsiru fil-brejk ta’ nofsinhar.
  • Meta jkun hemm ħarġiet edukattivi inti mistenni li tattendi għax din hija  meqjusa bħala ġurnata normali tal-iskola (mowbajls mhux permessi matul ħarġiet edukattivi).
  • Sabiex tattendi ħarġiet tal-iskola bilfors trid iġib formula ta’ kunsens iffirmata mill-ġenituri jew kustodji. Mingħajrha l-istudenti ma jitħallewx jattendu.
  • Għandha tintlibes l-uniformi sħiħa jew it-tracksuit tal-iskola skont il-ħarġa u skont kif tiddeċiedi l-amministrazzjoni.

Imġiba tajba fl-iskola…

  • Għandna nieħdu ħsieb il-proprjetà tal-iskola u tagħmir; dan jinkludi l-imwejjed, is-siġġijiet, il-blinds u l-ħitan .
  • Hu pprojbit kull xorta ta’ kitba u tħażiż fuq l-imwejjed, siġġijiet u ħitan.
  • Huwa mistenni li kulħadd iġib miegħu/magħha l-iskola l-kotba u l-istationery li jkunu meħtieġa għal kull lezzjoni .
  • Kulħadd huwa mistenni li jkun puntwali għal-lezzjonijiet .
  • Ħadd ma jista’ joqgħod fil-kurutur waqt il-ħinijiet tal-lezzjonijiet.
  • Oqgħod attent matul il-lezzjonijiet, billi tevita li titkellem speċjalment waqt l-ispjegazzjoni.
  • Isma’ mill-għalliema tiegħek u dejjem staqsi meta jkollok bżonn.
  • L-istudenti għandhom jkollhom djarju tal-Iskola fejn fih iżommu nota tal-homeworks kollha, l-attivitajiet tal-Iskola, kif ukoll sabiex jintuża bħala mezz ta’ komunikazzjoni mal-ġenituri/kustodji.
  • Kun responsabbli mix-xogħol tad-dar u ara li dejjem tippreżentah fil-ħin u pulit kemm jista’ jkun.
  • L-istudenti għandhom ikunu responsabbli għax-xogħol tad-dar u jagħtuh fil-ħin.
  • Kull min għandu bżonn li jħallu l-klassi jeħtieġ il-permess tal-għalliem/a.
  • Moviment bejn il-lezzjonijiet huwa mistenni li jkun kalm u ordnat.
  • Xiri mit-tuckshop huwa permess biss waqt il-brejks.

Ġlied /Theddid

  • M’hu tollerat ebda forma ta’ ġlied, theddid u bbulijar. Passi dixxiplinarji se jittieħdu immedjatament fuq kull min ikun involut f’xi ġlied jew theddid.

Propjetà

  • Inti responsabbli ta’ kull ħaġa li ġġorr miegħek kemm fil-baskett kif ukoll fuqek.
  • Mezzi teknoloġiċi bħall-mowbajls, MP3 players, tablets, cameras u oġġetti oħrajn li mhumiex permessi fl-iskola u li mhumiex parti mill-uniformi se jiġu konfiskati immedjatament.
  • Affarijiet ta’ valur m’għandhomx jinġibu jew jintlibsu. L-iskola ma tkunx responsabbli għat-telf ta’affarijiet bħal dawn.
  • Oġġetti perikolużi li jistgħu jweġġgħu lill-istudent innifsu jew lill-oħrajn mhumiex permessi fl-iskola.
  • L-ebda forma ta’ vandaliżmu ma tiġi ttolerata. F’każ ta’ ħsara volontarja fuq propjetà tal-iskola trid tiġi mħallsa minn min ikun wettaqha.
  • L-iskola hija t-tieni dar tiegħek, għalhekk kulħadd huwa mistenni li jieħu ħsieb il-propjetà kif ukoll it-tagħmir tal-iskola.

 Download  

___________________________________________________________________

SCHOOL REGULATIONS

School Attendance…

  • Schools starts at 08:05.
  • Unless you have a valid reason, you must always be on time at school.
  • Lack of attendance will be listed in your record sheet.

School Uniform…

  • Students are to come to school looking smart and in full summer or winter uniform according to the season. In winter, the blazer must be worn every day
  • Only black shoes and dark coloured socks can be worn as part of the uniform. Gym shoes are not considered as school shoes.
  • Each item should be tagged or labelled.
  • Hair has to be neat and tidy and in its natural colour only.
  • Hoodies and other things which do not form part of the school uniform are unacceptable.
  • For health and safety reasons, piercing and earings are not allowed on any part of the body.
  • Hair accessories should only be grey, maroon or black.
  • Faces are to be make up free and acrylic, gel nails or nail polish are not allowed.

P.E. Kit…

  • P.E. kit should only be worn on days when students have a P.E. lesson or on any other occasion as announced by the Administration.
  • Shorts (the school shorts only) should only be used during the P.E. lesson and should be worn under the tracksuit bottoms.
  • Gym shoes should be white or black and worn only on days when students have a P.E. lesson or on any other occasion as announced by the Administration.

Timetable

  • Every evening you have to check that in your school bag you have all the required books, stationery, files and all other things that you will need for the lessons of the next day.
  • Every evening you should prepare your uniform or tracksuit, depending on whether you have a P.E. lesson or not.
  • Everyday see that you have your school timetable, so that you could make use of it, when the need arises.

Good Behaviour and Respect Towards Others…

  • Every person has the right to be treated with dignity and respect.
  • At school we are expected to talk with respect to all stakeholders.
  • Foul/inappropriate language and bullying are not permitted within the school premises or on the school transport.
  • Good behaviour is expected within the school premises as well as outside school, including on the school transport.
  • As a school we should respect and value diversity.

Activities and Educational Outings…

  • All students are encouraged to participate in mid-day break activities.
  • Students are expected to attend educational school outings as this will be considered as a normal school day (mobile phones are not allowed during outings).
  • In order to attend school outings, students are expected to bring the consent form duly signed by parents or legal guardians.
  • The school uniform or tracksuit has to be worn according to the outing and to the decision taken by the school administration.

Good Behaviour in the School…

  • All of us are to take care of the school property and equipment; this includes desks, chairs, blinds and walls.
  • Any kind of scribbling and writing on desks, chairs and walls is strictly prohibited
  • Everyone is to come to school with all the necessary books and stationery which would be needed for each lesson.
  • Everyone is expected to be punctual for lessons.
  • No one is allowed in the school corridors during lessons.
  • Every student is expected to pay attention during lessons, by avoiding to talk during the teacher’s explanation.
  • Students are to listen to their teachers and are encouraged to raise their hand whenever they need to ask something.
  • Students are expected to have a School Diary to record given homeworks, school activities and it should also serve as means of communication between teachers and parents/guardians.
  • Each student has to be responsible for her/his homework and give it on time.
  • Anyone who needs to leave the classroom requires the teacher’s permission.
  • Movement between lessons is expected to be calm and orderly.
  • Going to the tuckshop is only permitted during breaks.

Fighting/Threats…

  •  Any form of fighting, bullying and/or threats are strictly not tolerated. Consequences will apply immediately to all those involved in fights or threats. This applies also on the school transport.

Belongings…

  •  Everyone is responsible for any objects in his/her possession including those carried around in school bags and on oneself.
  • Students must only bring to school what is needed for the lessons (therefore mobile phones, Mp3 players, tablets, cameras and other similar objects are not permitted and if brought to school will be confiscated immediately).
  • Valuable things should not be brought or worn. The school will not be responsible for any valuable items which the students bring with them to school.
  • Dangerous objects which may cause harm to oneself or others must not be brought to school.
  • Any form of vandalism is not acceptable and should be paid for by the perpetrator.
  • The school is your second home, hence everyone is expected to take care of the school property and equipment.

Download