Careers Week Poster

For English version click here.

Is-27 ta’ April, 2022

Għeżież Ġenituri u Kustodji Legali,

Bi pjaċir inħabbrulkom li bis-seħħ tal-arranġament milqugħ bejn l-Uffiċċju tal-Kap tan-Netwerk u l- Iskola Sekondarja Ħamrun, it-Taqsima tas-Servizzi tal-Gwida tal-Karrieri se jkunu qegħdin iniedu Il- Ġimgħa tal-Karrieri għall-istudenti tal-Għaxar Sena bejn il-ġranet tad-9 u t-13 ta’ Mejju.

Matul din il-ġimgħa se jkunu qegħdin isiru diversi laqgħat online mal-klassijiet tal-Għaxar Sena minn kumpaniji u entitajiet imħaddmin f’setturi differenti ta’ impjieg kif muri hawn taħt:

It-Tnejn, 9 ta’ Mejju Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM)
It-Tlieta, 10 ta’ Mejju Il-Financial Intelligence Analysis Unit
L-Erbgħa, 11 ta’ Mejju Is-Saħħa
Il-Ħamis, 12 ta’ Mejju L-Ospitalità
Il-Ġimgħa, 13 ta’ Mejju L-ICT

Minbarra hekk, se tingħata l-opportunità lill-istudenti kollha biex jidhru għal mock interview ma’ edukaturi, ħaddiema u professjonisti tal-Kulleġġ daqslikieku sejrin għal intervista għax-xogħol. Dawn l-intervisti sejrin isiru bejn id-9 u l-11 ta’ Mejju.

F’dawn it-tlett ijiem, l-istudenti jridu jiġu lebsin il-ħwejjeġ tagħhom. Huwa importanti ħafna li l- ilbies fil-ġurnata jkun addattat sabiex jibqa’ jiġi irrispettat l-ambjent tal-iskola filwaqt li jżomm il-funzjoni ta’ din l-attività. Bil-maqlub ta’ okkażjonijiet oħra fejn l-istudenti ġew l-iskola lebsin ħwejjiġhom, dawn it-tlett ijiem huma tħejjija għal dak li hemm lest jistenniehom fid-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant, ġentilment nitolbukom sabiex tagħtu kas kif ġejjin lebsin uliedkom u tieħdu nota tal-ġurnata li fiha ser jissejħu biex jidhru għall-intervista.

Jekk jogħġobkom, għall-okkażjoni araw li l-istudenti ma jiġux l-iskola b’ħafna ġojjelli,
aċċessorji, makeup żejjed u/jew ħwejjeġ qosra jew issikkati. L-istudenti jridu jiġu lebsin smart casual jew bi lbies ieħor xieraq – ħeġġuhom jużaw il-prudenza.

Tajjeb li tiftakru li l-uniformi trid tibqa’ tintlibes xorta waħda fil-ġranet l-oħra fejn ma jmisshomx l-intervista.

Dawn l-intervisti huma obbligatorji għal kulħadd u qegħdin isiru għall-klassijiet kollha tal-Għaxar Sena fl-ordni li ġej:

It-Tnejn, 9 ta’ Mejju
għall-klassijiet 10.1, 10.05, 10.08, u 10.09;

It-Tlieta, 10 ta’ Mejju
għall-klassijiet 10.02, 10.06, u 10.10;

L-Erbgħa, 11 ta’ Mejju
għall-klassijiet 10.03, 10.04, u 10.07.

Studenti li jfallu l-intervista fil-ġurnata, sakemm mhux assekondati b’ċertifikat validu tat-tabib, mhux ser jitħallew jerġgħu jagħmlu l-intervista darba oħra. Billi din hi attività normali tal- iskola, l-attendenza matul din il-ġimgħa hija obbligatorja u se jinżamm rekord ta’ min ifalli mingħajr ġustifikazzjoni.

Għalfejn qed issir din l-attività?

Bis-saħħa ta’ dawn l-inizjattivi, qegħdin nippruvaw dejjem aktar inqarrbu l-Edukazzjoni max- Xogħol. Qegħdin nittamaw li permezz tagħhom, l-istudenti, jibdew bil-mod il-mod jaħsbu dejjem iktar bis-serjetà fuq x’jixtiequ jagħmlu ladarba jispiċċaw mill-iskola. Infatti, tmiem l-Edukazzjoni Sekondarja mhuwiex ħafna ’l bogħod. Fil-preżent, huma qegħdin f’dik is-sena skolastitika partikolari li tpoġġihom nofs triq bejn żmien l-iskola u l-bidu tal-futur tagħhom.

L-istudenti kollha, indistintament mill-klassi, mil-livell akkademiku tagħhom u mill-imġiba murija fil- klassi, se jkunu qegħdin jingħataw togħma żgħira tad-dinja tax-xogħol b’enfasi fuq l-importanza tax- xogħol u t-tagħlim għall-ħajja.

Min-naħa tagħna, sew bħala t-Taqsima tas-Servizzi tal-Gwida tal-Karrieri fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca kif ukoll l-Iskola Sekondarja Ħamrun, se nibqgħu qrib l-istudenti biex matul il-kumplament ta’ din is-sena skolastika, u iktar u iktar matul is-sena skolastiska li jmiss, fil-Ħdax-il Sena, ngħinuhom fil-ħsibijiet tagħhom għall-quddiem.

Kull min ikun imħajjar li jagħmel appuntament wara din il-ġimgħa biex jistaqsi fuq kors ta’ studju jew opportunità ta’ xogħol u taħriġ, jista’ jagħmel dan billi jħalli d-dettalji tiegħu jew tagħha fl-Uffiċċju tal-Guidance, f’Kamra 38, jew permezz ta’ telefonata fuq 25987013. Intom il- ġenituri u l-kustodji legali imħeġġin daqs l-istudenti nfushom li tagħmlu kuntatt magħna f’każ li tkunu tixtiequ tkellmuna.

Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-attenzjoni u l-kooperazzjoni tagħkom, inħarsu ’l quddiem b’ħeġġa sabiex niltaqgħu ma’ wliedkom fil-ġimgħa ddedikata lilhom għall-Karrieri.

Melvin Borg Konsulent tal-Karrieri
f’isem it-Team tal-Karrieri

 

Download

———————————————————————————————–

27th April, 2022

Dear Parents and Legal Guardians,

We are pleased to announce that in effect of the agreement reached between the Office of the Head of College Network and Ħamrun Secondary School, the Careers Advisory Services will be launching the Careers Week for students in Year 10 between the 9th and 13th of May.

During this week, several online meetings will be held with all Year 10 classes by companies and entities employed in different sectors of employment as shown hereunder:

Monday, 9th May Armed Forces of Malta
Tuesday, 10th May Financial Intelligence Analysis Unit
Wednesday, 11th May Health
Thursday, 12th May Hospitality
Friday, 13th May ICT

In addition, all students will be given the opportunity to appear for a mock interview with educators, college professionals and personnel as if they are going for a real job interview. These interviews are going to be held between the 9th and 11th of May.

In these three days, students must come to school wearing their clothes. It is very important that clothing on the day is appropriate in order to continue to respect the school environment while maintaining the function of this activity. Contrary to other occasions where the students came to school wearing their clothes, these three days serve as a preperation for what awaits them in the world of work. Therefore, we kindly ask you to pay attention to how your children come dressed to school and take note of the day they will be called to appear for the interview.

Please check that students do not come to school wearing excessive jewelery, accessories, heavy makeup and/or short or tight clothing. All students have to be wearing smart casual or other appropriate clothing – encourage them to be prudent.

It is worth remembering that the uniform must continue to be worn anyway in the other days where they do not have the interview.

These interviews are mandatory for everyone and are being organised for all the classes in the following order:

Monday, 9th May
For classes 10.1, 10.05, 10.08, and 10.09;

Tuesday, 10th May
For classes 10.02, 10.06, and 10.10;

Wednesday, 11th May
For classes 10.03, 10.04, and 10.07.

Students who do not show up for the interview on the day, unless they are not seconded with a valid medical certificate, will not be allowed to redo the interview. As this is a normal school activity, attendance during the week is mandatory and absenteeism without justification is going to be recorded.

Why is this activity taking place?

Thanks to these initiatives, we are increasingly trying to bridge Education with Employment. We hope that through such activities, students, gradually begin to think more and more seriously about what they would like to do once they finish off school. In fact, the end of Secondary Education is not that far. At present, they are in that particular school year which puts them halfway between the time at school and the beginning of their future.

Every student, indistinctively of the class, the academic level and by the behavior shown in the classroom, will be given a small taste of the world of work with a focus on the importance of work and lifelong learning.

From our end, as the Careers Advisory Services within St George Preca College, as well as Ħamrun Secondary School, we will be staying close to the students so that during the rest of this scholastic year, and even more so during the next school year, in Year 11, we assist them in forming their thoughts for the future.

Anyone who is interested to arrange an appointment after this week to inquire about a course of study or opportunity of work and training, can do so by leaving his or her details at the Guidance Office, in Room 38, or by telephone on 25987013. Likewise, you parents and legal guardians are encouraged as the students themselves to contact us in case you want to talk to us.

While we thank you in advance for your attention and cooperation, we look forward to meeting your children in the week dedicated to them for the Careers.

Melvin Borg Career Advisor
obo/ the Careers’ Team

 

Download