Ftit tal-jiem ilu, fuq stedina li għamel id-Dipartiment tal-Malti tal-iskola tagħna, l-istudenti tad-9 sena kellhom l-opportunità li jgawdu prestazzjoni performattiva “Repubblikgħana”, produzzjoni mtella’ minn Teatru Malta.
L-għan ta’ dan il-proġett kulturali huwa li jeduka u jinvolvi l-istudenti ta’ kif Malta saret Repubblika. F’din il-prestazzjoni spikkat l-integrazzjoni tal-għana, il-kanzunetta tradizzjonali folkloristiku Maltija, bħala mezz ta’ narrazzjoni.
Prosit tassew lill-artisti involuti kif ukoll lill-għalliema tal-Malti li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din l-attività kulturali.


