Għeżież ġenituri/ gwardjani, 

Insellmulkom u nittamaw li tinsabu lkoll tajbin.  Nixtiequ ntukom ftit informazzjoni dwaril-proġett tal-Istudji Ambjentali

 

Dear parents/guardians, 

We would like to give you some important information about the Environmental Studies project. 

 

Mill-Year 9 sal-Year 11 l-istudenti għandhom lezzjoni tal-Ġeografija, lezzjoni tal-Istorja u lezzjoni tal-Istudji Soċjali.  Dawn il-lezzjonijiet se jwasslu lill-istudenti sabiex fil-Year 11 ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami tas-Sec (Matsec) tal-Istudji Ambjentali. L-istudenti għandhom jiddeċiedu jekk se jagħmlu dan l-eżami.  

 

From Year 9 up to Year 11 all students have one lesson a week Geography, one lesson History and one lesson Social Studies. These lessons cover the syllabus of the Sec (Matsec) Exam Environmental Studies. It is up to each student to decide whether to sit for this exam or not. 

 

Bħal xi eżamijiet oħra tas-SEC, l-eżami ta’ l-Istudji Ambjentali hu maqsum f’żewg partijiet : L-eżami miktub u l-proġett li jsir mill-istudent/a dwar wieħed minn dawn it-temi: 

 

Investigazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ilma fid-dar. 

L-importanza tar-riservi naturali Maltin fil-preservazzjoni tal-ġeoloġija u/jew tal-bijodiversita. 

Is-sistema tad-difiża kostali ta’ Malta taħt l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. 

L-istorja taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi ta’ San Pietru u San Pawl, il-Vitorja u l- Karnival ta’ Malta. 

Malta: L-iżvilupp f’soċjeta multikulturali. 

It-Tranżizzjoni minn ċittadini Maltin għal ċittadini globali. 

  

The Environmental Studies Sec exam consists of a written exam paper and a project.  The project must be chosen from the following titles (choose ONE title)

 

An investigation into water conservation at home. 

The importance of Maltese nature reserves in preserving geology and/or biodiversity. 

Malta’s coastal defence network under the Order of the Knights of St John. 

A history of the celebration of the feasts of St Peter and St Paul, Our Lady of Victory and Carnival, in Malta. 

Malta: developing into a multi-cultural society. 

Transitioning from Maltese citizens to global ones. 

Tistgħu ssibu dawn it-temi fil-website tal-Matsec: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0011/434963/20-20SECEnvironmentalStudiescourseworktitles20202023.pdf 

 

Is-sillabu tal-Istudji Ambjentali jinsab f’ : 

https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0003/434091/SEC_13m.pdf 

 

These titles can be found on the Matsec website: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0011/434963/20-20SECEnvironmentalStudiescourseworktitles20202023.pdf 

 

The environmental studies syllabus can be found on the Matsec website: 

https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0005/427775/SEC_13e.pdf 

 

Il-kandidati għandhom jagħżlu proġett WIEĦED biss. Il-proġett għandu 15% tal-marki globali ta’ l-eżami u jrid ikun lest sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.  Il-kandidati jistgħu jissejħu għal interview dwar il-proġett tagħhom. Moderators mill-Matsec jistgħu jiġu jaraw il-proġett. 

Huwa tajjeb li l-proġett jinħadem fis-sajf sabiex tevitaw li ħafna xogħol isir f’salt.  

 

Fuq il-website tal-iskola tellajna xi noti bħala għajnuna lill-istudenti tagħna. Din hija ġabra ta’ informazzjoni ta’ kif il-proġett irid jinħadem: 

https://sgpc.hamrunsec.skola.edu.mt/environmental-studies/ 

 

Students must choose ONE title. The project carries 15% of the global mark and must be handed in by the first week of January.  Candidates may be called for an interview relating to their project.  Matsec moderators may also view the projects.  

 

Students are advised to work on their project during summer, thus avoiding that work accumulate in December/January. 

 

To assist our students, we have prepared a set of guidelines which we have uploaded on our school website. 

https://sgpc.hamrunsec.skola.edu.mt/environmental-studies 

 

Insellu għalikom, 

l-għalliema tal-ġeografija      l-għalliema tal-Istorja              l-għalliema tal-Istudji Soċjali 

 

Best regards, 

Geography teachers               History teachers                                 Social Studies teachers 

 

Download circular